Error processing SSI file

Il-Politka Taghna
ghall-Provvedimenti kollha Edukattivi

English Version

Is-sena 1996 hija sena li giet iddedikata lit-tfal. Din hi okkazjoni specjali sabiex niffukaw fuq il-bzonnijiet ta’ din is-sezzjoni tal-poplu taghna, li tirrapprezenta l-futur ta’ pajjizna.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita tifhem illi jezistu diversi aspetti li haqqhom l-attenzjoni, izda m’ghandiex dubbju illi l-aktar qasam importanti huwa dak edukattiv ghaliex l-futur kollu tal-persuna jiddependi principalment mill-kwalita ta’ din l-edukazzjoni.

Fl-1993, bi qbil mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Kummissjoni kienet ippublikat dokument bl-isem: L-Edukazzjoni Specjali f'Malta - Policy Nazzjonali. Dak id-dokument kien maqsum fi tlett partijiet, l-ewwel parti taghti harsa lejn il-qaghda ta' dan il-qasam f’dak iz-zmien, it-tieni parti tikkowota mill-Programm Dinji ghall-Azzjoni dwar il-Persuni b’Dizabilita mahrug mill-Gnus Maghquda waqt li fit-tielet taqsima gew ippubblikati diversi rakkomandazzjonijiet bil-ghan li jigu mplimentati mill-Gvern.

Il-Kummissjoni, fis-sena ddedikata lit-tfal u tlett snin wara l-pubblikazzjoni ta' dak id-dokument importanti hasbet li taghmel rapport biex taggorna s-sitwazzjoni fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru.

Hu mahsub li wara li ssir konsultazzjoni ma' genituri; ghaqdiet tal-persuni b'dizabilita u l-MUT, dan id-dokument jigi pprezentat lill-awtoritajiet edukattivi ghar-rejazzjoni taghhom. Il-Kummissjoni qieghda tippjana li torganizza seminar pubbliku fl-4 ta’ Mejju 1996 li matulu jigu pprezentati kemm dan ir-rapport, kif ukoll ir-rejazzjonijiet tas-setturi kollha li jkunu gew ikkonsultati.

Ir-Rapport tal-Kummissjoni

1 Id-dritt li ghandhom it-tfal kollha ghall-edukazzjoni minkejja l-grad tad-dizabilita, ghandna niddefenduh ilkoll, u f'pajjizna provdut bil-ligi. Ghandha tkun ir-responsabbilta specjali tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni li dan jigi realizzat’.

1.1.1 Il-Ligi tal-Edukazzjoni ghadha sa llum tghid, li l-Istat ghandu jipprovdi skejjel specjali lil studenti bi bzonnijiet edukattivi specjali. Il-Kummissjoni jidhrilha illi dan huwa kuncett li ghandu jigi aggornat maz-zminijiet ta' llum li fihom qeghdin insiru aktar konxji mill-izvantaggi kbar li johorgu minn politika li tissegrega gruppi ta' persuni minn ohrajn. Il-kuncett ta' "skejjel specjali" jimplika segregazzjoni awtomatika accettata u infurzata bil-Ligi ta' l-Edukazzjoni.

1.1.2 Il-Kummissjoni temmen li l-istat ghandu jippromwuovi kontinwament politika li tintegra l-persuni u f'oqsma partikolari bhall-edukazzjoni, ghandha dejjem timmira li din tinghata f'ambjent li jkun l-inqas ristrett ghall-individwu. Dan ikun ta' vantagg mhux biss ghall-individwu nnifsu, izda wkoll ghall-bqija tas-socjeta. Ghalhekk, il-Kummissjoni temmen illi l-Ligi tal-Edukazzjoni ghandha tghid car li l-istat ghandu dmir jipprovdi Edukazzjoni Specjali fl-ambjent l-inqas ristrett.

1.2 Il-Kummissjoni ghandha rapporti li tfal b'dizabilita ta' taht is-sittax-il sena ma jmorru l-ebda skola. Il-bicca l-kbira ta' dawn ir-rapporti jirreferu ghal tfal li ghandhom dizabilita emmozjonali severa. Sitwazzjoni bhal din m'hiex accettabli u turi kemm l-iskejjel "specjali" m'humiex attrezzati biex jaqdu l-funzjoni li giet moghtija lilhom. Jidher ghalhekk illi t-Taqsima tal-Edukazzjoni ghad ma ghandhiex ir-rizorsi li hemm bzonn biex tipprovdi dak li bil-ligi huwa dmir ta' l-istat u dritt ta' l-istudenti b'dizabilita b'imgieba difficli hafna. Ghalhekk it-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha tiehu dawk il-mizuri kollha necessarji f'termini ta' personnel u rizorsi ohra biex fi zmien sena dawn it-tfal jibdew jiehdu servizz edukattiv li ghandhom dritt ghalih.

1.3.1 Hemm qbil bejn it-Taqsima tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali, li studenti jibqghu fl-iskejjel specjali sa 19-il sena u fil-kaz ta' studenti tal Guardian Angel sa 24 sena. Izda l-Kummissjoni tircievi diversi rapporti (verifikati) li studenti, l-aktar dawk b'imgieba difficli hafna, mhumiex jibqghu jigu accettati fl-iskejjel qabel dawn l-etajiet u b'hekk dawn qed jidhlu fic-Centri ta' Matul il-Jum qabel iz-zmien. Naturalment, meta ma jkunx hemm postijiet vakanti f'dawn ic-Centri, dawn il-persuni qed ikollhom jibqghu d-dar. Ghalhekk it-Taqsima ghandha immedjatment taghti r-risorsi necessarji lill-iskejjel specjali biex dan ma jibqax isir u eventwalment ikun hemm servizz anke integrati biex dan ikompli jsir.

1.3.2 It-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha tibqa’ tiehu r-responsabilita ta’ studenti b’dizabilita kollha sal-eta ta’ 19-il sena, kif qed taghmel fil-maggoranza tal-kazi jew eta akbar. Fil-fatt il-prezent fl-iskejjel specjali hemm 119-il student b’dizabilita li ghandhom aktar minn 16-il sena. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dan peress li persuni b’dizabilita jinhtiegu aktar zmien biex jitghallmu u biex it-Taqsima tal-Edukazzjoni tkun tista’ tipprovdi edukazzjoni vokazzjonali xierqa jew tipprepara b’mod adekwat lil dawn il-persuni biex jigu ttrasferit ghas-servizzi ta’ Centri ta’ Matul il-Jum.

1.3.3 Il-Kummissjoni temmen li ghandu jkun hemm eta' wahda ghall-iskejjel specjali kollha fejn studenti b'dizabilita jghaddu ghad-dinja tax-xoghol jew ghac-Centri ta' Matul il-Jum. Ghalhekk it-Taqsima tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali ghandhom jibdew tahdidiet bejniethom biex tigi ffissata din l-eta.

 

2 It-tfal li m'ghandhom l-ebda dizabilita ghandhom jinghataw l-opportunita li jkunu edukati flimkien ma' tfal b'dizabilita’.

2.1 Il-Kummissjoni temmen li l-edukazzjoni ma tinkonsistiex fi zvilupp akkademiku biss imma hi hafna usa’ minnhekk biex tinkludi l-izvilupp shih tal-persuna umana. Il-Kummissjoni temmen ukoll li matul it-tlett snin li ghaddew, id-dritt li studenti minghajr dizabilita jiehdu l-edukazzjoni taghhom ma’ tfal b’dizabilita tpogga aktar fil-prattika u aktar studenti minghajr dizabilita qed ikollhom l-edukazzjoni taghhom flimkien ma' tfal b'dizabilita. Fil-fatt illum hemm 456 student b’dizabilita li qed jircievu l-edukazzjoni taghhom fi klassijiet regolari. Dan il-progress jisthoqqlu r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li tifhem u tapprezza l-isforzi li saru mill-Ministeru u mit-Taqsima tal-Edukazzjoni, kif ukoll mill-ghalliema koncernati. Il-Kummissjoni m’ghandhiex dubbju illi r-rizultati ta’ dan l-investiment ta’ rizorsi, mhux biss ser ikunu pozittivi izda ser ikunu wkoll imferrxa fuq l-istudenti li m’ghandhom l-ebda dizabilita ghaliex dawn ser ikunu qed jircievu l-edukazzjoni taghhom f’ambjent integrat.

 

3 ‘Kull tifel b'dizabilita ghandu jkollu dritt ghall-edukazzjoni f'ambjent mill-inqas ristrett u li nistghu niddifinuh kif gej: "sa fejn hu propju possibbli, it-tfal b'dizabilita ghandhom ikunu edukati flimkien ma' tfal li m'ghandhomx dizabilita. Il-klassijiet specjali, l-iskejjel separati jew xi forma ohra ta' segregazzjoni li biha t-tfal b'dizabilita jitnehhew mill-ambjent regolari edukattiv, isir uzu minnhom biss, meta t-tip ta' dizabilita jew is-severita taghha tkun tali li l-edukazzjoni ma tkunx tista' ssehh b'mod sodisfacenti fi klassi regolari flimkien ma' l-uzu ta' ghajnuniet u servizzi ohra supplimentari’.

3.1 Kif diga ntqal, aktar tfal b'dizabilita' qed jinghataw l-edukazzjoni taghhom f'ambjent l-anqas ristrett skond kif rakkomandat mill-Kummissjoni. Dan huwa pass posittiv. Izda l-Kummissjoni tinnota illi bl-eccessjoni ta’ klassi wahda fi skola primarja f'Ghawdex, it-Taqsima tal-Edukazzjoni ma ghamlet l-ebda provediment biex ikun hemm klassijiet specjali fi skejjel regolari. Il-Kummissjoni temmen li din il-policy ghandha tigi implimentata mill-aktar fiss. M’hemmx dubbju li dan jista’ jsir ma’ diversi studenti b’dizabilita biss hemm qbil anke mal-ghalliema koncernati li dan it-tip ta’ provediment hu l-ahjar arrangament ghall-studenti b’nuqqas ta’ smigh. Ghalhekk il-Kummissjoni, tinsisti li t-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha timpenja ruhha biex matul din is-sena skolastika jibdew dawn il-klassijiet specjali fi skejjel regolari.

 

4 ‘Ghandu jkun hemm grupp ta' persuni specjalizzati f'oqsma differenti biex iqis tifel jew tifla ghandux/hiex bzonn ta' edukazzjoni specjali. Dan il-grupp ghandu jinkludi lill-genituri, u fejn hu possibli lill-istudent/a ukoll. Barra minn hekk dan il-grupp ghandu jfassal ukoll programm edukattiv individwalizzat li jesprimi b'mod car l-ghanijiet tal-kurikulum, u l-objettivi ghall-futur qarib li jinkludu l-provvedimenti ddettaljati li ghandhom jinghataw. Dan il-programm ghandu jigi revedut mill-inqas darba fis-sena jew kull meta xi membru tal-grupp jemmen li jkun hemm bzonn’.

4.1 Il-Kummissjoni temmen li f'dan il-qasam it-Taqsima ghadha lura hafna biex timplementa din ir-rakkomandazzjoni. It-Taqsima ghad ghandha nuqqas kbir, jekk mhux totali, ta' persuni specjalizzati biex jaghmlu l-"assessment" u jfasslu program edukattiv individwallizzat ghal studenti b’dizabilita'.

4.2 Minkejja t-twaqqief tac-Child Development Assessment Unit (CDAU), il-Kummissjoni hi nfurmata illi l-assessment li qed isir mhux qed jasal ghand il-professjonisti li jridu juzawh inkluz il-genituri u l-anqas mhu jsir program edukattiv individwalizat ghal kull student. Naturalmement l-anqas mhu qed isir revizjoni ta' dan il-programm. It-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha tara illi l-assessment multi-dixiplinarju jsir u jkun tal-ghola kwalita u li dan jigi tradott fi programm individwali edukattiv.

4.3 Dan jista' jkun dovut ghall-nuqqas ta’ rizorsi jew ikella ghaliex il-ftit rizorsi li hemm mhumx qed jintuzaw sew. Wiehed minn dawn ir-rizorsi hu l-uzu ta' "facilitator/kindergarten assistent". Dahlet id-drawwa li jkun hemm "facilitator" ma' kull student b'dizabilita fi skola "normali". Billi ma hemm l-ebda "assessment" serju donnu kulhadd qed jiehu l-impressjoni zbaljata li kull student b'dizabilita' ghandu bzonn "facilitator full-time" mieghu. Dan mhux il-kaz u barra li jista' jkun hemm hela, dan jista' jfisser anke dannu ghall-persuni b'dizabilita' ghax tista' tohnoq l-izvilupp shih tieghu. Barra min hekk f'termini ekonomici, mizura bhal din tirrendi l-integrazzjoni u l-inkluzzjoni ta' studenti b'dizabilita' tqum hafna aktar milli suppost, bil-konsewgwenza li jistghu jittiehdu decizjonijiet zbaljati fil-konfront ta’ dan is-servizz.

4.4 It-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha taghmel revizzjoni tal-Kurrikulum Minimimum Nazzjonali biex dan jkun wiehed tassew minimuim b’tali mod li jkun jista’ jintlahaq mill-maggoranza assoluta ta’ tfal bla u b’dizabilita. It-Taqsima ghandha ukoll tara li jigu zviluppati metodi differenti kif dan il-kurrikulim ikun jista’ jsir accessibli ghall-tfal b'dizabilita'. Attenzjoni specjali ghandha ssir ghall-studenti li ghandhom problemi serji fil-komunikazzjoni. Il-facilitators ghandhom ikunu mharrga sew biex ikunu jistghu jikkomunikaw ma’ studenti li jirrikjedu metodi alternattivi ta’ komunikazzjoni waqt li ghandha ssir ricerka tal-Lingwa tas-Sinjali tal-persuni b’nuqqas tas-smigh biex din tkun tista’ tintuza bhala meduim ghall-edukazzjoni ta’ dawn it-fal.

 

5 ‘L-awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni ghandhom jipprovdu servizzi adegwati ghall-firxa shiha ta' htigijiet specjali fil-komunita taghna. Ghalhekk, lill-iskejjel regolari ghandhom jipprovdulhom servizzi ta' ghajnuna, klassijiet specjali u gruppi ta' nies imharrga integrati maghhom. U meta fl-applikazzjoni tal-principju ta' "l-ambjent l-inqas ristrett" dan ikun indikat, ghandhom jipprovdu wkoll skejjel specjali. Ghandu jitfassal pjan komprensiv bhala l-ewwel pass u ggradat biex fl-iskejjel regolari jigu organizzati provvedimenti specjali ghall-edukazzjoni ta' dawk it-tfal li bhalissa qed imorru fl'iskejjel specjali’.

5.1. Il-Kummissjoni tirikonoxxi l-fatt illi numru ta’ ghalliema fl-iskejjel specjali jaghmlu hilithom biex jaghtu mill-ahjar li jistghu lit-tfal b’dizabilita li jattendu f’dawn l-iskejjel. Izda dan huwa qasam li ma jistax jibqa’ jiddependi biss fuq l-inizjattiva u l-impenn socjali ta’ l-ghalliema u fuq il-generosita genwina ta’ certu genituri. Jekk hemm servizz ekukattiva li jisthqqlu investiment specjalizzat u attenzjoni professjonali mill-aqwa dan hu l-edukazzjoni specjali, inkluz l-iskejjel spejcali sakemm dawn ikunu ghadhom mehtiega biex jaghtu servizz edukattiv. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni hi tal-fehma killi l-awtoritajiet edukattivi naqsu milli jharrgu professjonisti kif mahsub f'din il-proposta.

5.1.1 Id-Diploma fl-Edukazzjoni Specjali li saret mill-Fakulta' tal-Edukazzjoni tal-Universita' ta’ Malta naqset li tattira partecipanti bizzejjed specjalment ghalliema li diga qed jaghtu s-servizzi taghhom fi hdan l-edukazzjoni specjali u barra minhekk l-Kummissjoni ghandha d-dubbju kemm dan il-kors kien ippjanat sew. It-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha taghti incentivi rejalistici biex dawn l-ghalliema jippartecipaw f’din id-diploma. L-Awtoritajiet tal-Universita ghandhom jassiguraw li l-istandard ta’ din id-diploma tkun ta’ livell gholi.

5.1.2 Fil-kaz ta' ghalliema ghall-persuni neqsin mis-smigh ma sar xejn. Il-Kummissjoni ghamlet diversi proposti biex ikun hawn tahrig ghalihom jew permezz ta' korsijiet bid-distanza jew permezz tal-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita' ta' Malta imma s'issa ghadu ma sar xejn.

5.1.3 Fil-kaz ta' ghalliema ghall-persuni ghomja t-Taqsima tal-Edukazzjoni kellha zewg ghalliema kkwalifikati f’dan il-qasam sfortunatament tilfet wiehed minnhom.

5.1.4 Fil-kaz ta' ghalliema ghad-deafblind hemm ghalliema kkwalifikata u numru ta' "kindergarten assistents" li hadu xi tahrig barra minn Malta f’dan il-qasam.

5.1.5 Fil-kaz ta' ghalliema ghall-studenti b'dizabilita mentali, il-Kummissjoni tinnota b'sodisfazzjon x-xoghol tal-Istitut ghall-Izvilupp tat-Tfal tal-Universita' ta' Malta li beda korsijiet ghall-"facilitators" u anke fl-edukazzjoni inklussiva. Il-Kummissjoni tirrakomanda li jittiehdu l-mizuri necessarji biex dan il-kors jattira studenti bizzejjed u li dan ikun ta’ standard gholi. Hu importanti li dan il-kors ikollu element ta’ tahrig fil-komunikazzjoni alternattiva.

5.2 Il-Kummissjoni temmen li hemm bzonn li t-Taqsima tal-Edukazzjoni jkollha ghalliema mharrga sew ghall-studenti b'dizabilitajiet severi u dawk b'imgieba difficli hafna.

5.3 Ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-edukazzjoni integrata fl-iskejjel regolari, l-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjoni li hafna studenti godda qed jiehdu l-edukazzjoni taghhom fl-ambjent l-anqas ristrett. Dan il-fatt jaghti ragun lil min isostini li dan il-principju jista’ jitwettaq fil-prattika, b’vantagg ghal kulhadd. Izda l-Kummissjoni tinnota li s’issa ma sar xejn biex tal-anqas x'uhud mill-istudenti b'dizabilita li jattendu l-iskejjel specjali jibdew jigu integrati u inkluzi fi skejjel regolari. Hemm bzonn illi t-Taqsima tibda dan il-process malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni tinnota b’interess rapporti li qed jaslulha mill-iskola ta’ Sannat, Ghawdex dwar process ta’ reverse integration fejn persuni minghajr dizabilita jiehdu parti mill-edukazzjoni taghhom ma’ studenti b’dizabilita.

 

6 ‘L-ghalliema li qed jahdmu fis-sistema ta' l-iskola normali ghandhom ukoll jigu mharrga bil-mod kif jintegraw it-tfal b'dizabilita. Il-fakulta ta' l-Edukazzjoni fl-Universita ta' Malta fil-kurikulum taghha ghandha toffri t-tahrig mehtieg f'dan il-qasam’.

6.1 Il-Kummissjoni, tinnota b’sodisfazzjoni illi fil-kors tal-ghalliema qed ikun hemm gharfien akbar fuq "issues" tad-dizabilita' u dan ghandu jwassal ghalliskop mahsub f’din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni, pero, jidhrilha illi jezisti lok ghal titjib sostanzjali fil-kontenut tal-kors innifsu u ghalhekk theggeg lill-awtoritajiet biex isir studju dwar kif dan ghandu jigi organizzat sew.

6.2 Il-Kummissjoni jidhrilha wkoll illi l-Malta Union of Teachers ghandha rwol importanti u responsabilita kbira biex theggeg u tappoggja kull inizjattiva li tittiehed biex l-ghalliema jkunu jistghu jattendu tahrig in-service dwar il-mod u l-metodi ta’ kif jigu integrati tfal b’dizabilita fi klassijiet regolari. F’certi cirkostanzi, jista’ jkun necessarju illi issues tradeunjonistici jitpoggew ghas-servizz ta’ dan l-idejal.

6.3 Il-Kummissjoni tinkoraggixxi l-Fakulta’ tal-Edukazzjoni fl-Universita ta' Malta biex tghallem lill-ghalliema kollha l-kapacita ta' flessibilita fil-kurrikulm biex jghallmu tajjeb tfal ta' abilitajiet u interessi differenti fl-istess klassi.

 

7 ‘Is-sistemi kollha fl-edukazzjoni specjali ghandhom joffru edukazzjoni mhux biss li l-kwalita taghha tkun ugwali ghal dik li hemm fis-sistema generali ta' l-iskola, imma li tkun infilsata wkoll sewwa maghha. Dawn is-sistemi ghandu jkollhom l-ghodod mehtiega biex jaghmlu hekk, kemm f'dawk li huma nies specjalizzati kif ukoll f'dak li hu taghmir’.

7.1 Il-Kummissjoni dejjem sostniet illi l-kwalita tas-servizz edukattiv fl-iskejjel specjali, sakemm dawn jibqghu jaghtu s-servizzi taghhom, jiddependi fuq il-kwalifiki professjonali ta' l-ghalliema, t-tahirg aggornat u kontinwu taghhom u l-facilitajiet ezistenti f'dawn l-iskejjel. In-nuqqas ta' dawn il-fatturi jwassal biex tinholoq klima fejn:

a) l-aspettattivi ta' dawn l-iskejjel tkun dejjem wahda baxxa meta mqabbla ma' istizzjonjonijiet edukattivi ohra - donnu kulhadd jistenna l-eccellenza fil-mediokrita minflok programm xjentifiku u porfessjonali biex jizviluppa l-personalita ta' l-istudenti b'dizaiblita;

b) l-ghalliema li genwinament iridu jaghmlu forz biex jercitaw l-vokazzjoni taghhom f'dawn l-iskjjeljispiccaw frustrati minhabba n-nuqqas ta' tahrig methieg u ta' l-ghodod eduakttivi necessarji;

c) ma jinhassx il-bzonn li l-istudenti jigu assessjati minn tim multi-dixxiplinarju bil-konsegwenza li dawn jispiccaw minghajr pjan edukattiv imfassal b'mod individwali;

d) l-ghalliema jispiccaw minghajr is-sapport kostanti u vitali ta' profesjonisti ohra bhal ma huma psikologisti, social workers, communication therapists, occupational therapists, physiotherapists,audiologists u interpreti tal-lingwa tas-sinjali. It-Taqsima ma ghandhiex ir-rizorsi necessarji la edukattivi u l-anqas rijabilitattivi.

7.2 Dawn huma kollha konsiderazzjoniijet li saru meta l-Kummissjoni ppubblikata ir-rakkomandazzjonijiet taghha fl-1993, izda jidher illi t-Taqsima ghada sallum mingjar ir-rizorsi necessarji la edukattivi u l-anqas rijabilitattivi biex tkun tista' tindirizza dawn il-htigijiet. Irrid jinghid, pero, illi minn dak in-nhar l-iskejjel specjali gew ipprovduti b'ners biex tiehu hsieb l-aspett mediku ta' dawn l-istudenti.

7.3 Fost ir-rizorsi essenzjali li hemm bzonn li jidhlu fl-edukazzjoni specjali , nistghu zgur insemmu dik tat-tekonologija tal-informatika. Dan hu rizors li dan l-ahhar gie mdahhal fis-sistema edukattiva ta' pajjizna anke fil-livell primarju. Din mhux biss hi haga tajba, izda tirrapprezenta pass kbir 'il quddiem fl-edukazzjoni ta' l-istudenti taghna. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza illi din l-ghodda ta' taghlim ghandha tidhol ukoll fl-edukazzjoni specjali. Tenfasizza wkoll illi dan ghandu jsir bi prijorita ghaliex il-bzonnijiet "specjali" ta' l-istudenti b'dizabilita jirrikejdu dan it-taghlim forsi ferm aktar mis-setturi l-ohra. F'dan il-qasam it-Taqsima tal-Eduakzzjoni ghadha lura ukoll.

7.3.1 Fi kwalunkwe kaz, it-Taqsima tal-Edukazzjoni, kif diga rrakkomandat il-Kummissjoni u r-rapport Tomorrow's Schools ghandha tara li s-software u l-hardware li se jidhol fl-iskejjel regolari jkunu accessibbli ghal kulhadd inkluz persuni b'dizabilita fizika, sensorja u sa certu punt dawk li ghandhom dizabilita intelletwali u mentali.

7.3.2 It-Taqsima tal-Edukazzjoni, kif diga rakkomandat il-Kummissjoni, ghandha tara li persuni b'dizabilita li jistghu jigu mghejjuna bit-teknologija tal-informatika jkollhom din l-ghajnuna biex tghinhom fl-integrazzjoni u l-inkluzzjoni taghhom. Il-Kummissjoni qed tghin sa certu punt permezz tas-Servizz Ghajununiet Specjali li jiffinanzja lill-genituri fix-xiri ta' dan l-apparat u anke bit-twaqqif tac-Centru tar-Rizorsi tat-Teknologija tal-Informatika u l-Peruni b'Dizabilita’.

7.4 It-Taqsima ghandha tara li l-iskejjel li ghandhom studenti b'dizabilita jkunu attrezzati b'apparat specjalizzat li jghin lill-persuni b'dizabilita jizviluppaw l-potenzjali sal-massimu possibbli. It-Taqsima ghadha jkollha n-nies mharrga mhux biss biex jinxtara l-apparat mehtieg imma ukoll biex dan jinzamm fi stat tajjeb ta' manuntenzjoni.

7.5 Mill-apsett amministrattiv, il-Kummissjoni tinnota li t-Taqsima poggiet l-edukazzjoni specjali fi hdan id-Dipartiment ta' Servizz ta' Sapport u Relazzjonijiet Internazzjonali b'assistent direttur responsabbli mis-servizzi ta' l-edukazzjoni specjali.

7.5.1 Fil-waqt li taqbel li jkun hemm assistent direttur responsabbli minn dan il-qasam, il-Kummissjoni ma taqbilx li d-direttur responsabbli minnu ghandu jkollu r-responsabilita ukoll ta' oqsma li ma huma relatati xejn ma' dan il-qasam bhal ma huma r-relazzjonijiet internazzjonali u ghalhekk tirrakomanda illi jittiehdu dawk il-passi amministrattivi necessarji sabiex il-persuna responsabbli tkun tista' tikkoncentra l-isforzi taghha kollha fuq dan il-qasam li joffri sfida kbira.

7.6 Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-Assistent Direttur responsabli mill-Edukazzjoni Specjali ghandu jkollu l-istruttura amministrattiva necessarja biex hu/hi jkun jista' jiffunzjona sew, haga li ma tezistiex. Fil-fatt fil-prezent din il-kariga hi battala u barra minn hekk meta kien hemm assistent direttur dan ma kellu l-ebda sapport kemm f'dik li hi assistenza klerikali kif ukoll f'dik professjonali. Ghalhekk il-Kummissjoni tinsisti li din il-kariga u kariga ohra vakanti f’dan is-settur jintlew minn nies kwalifkati u efficjenti u li fi zmien stipulat dawn ikollhom l-istrutturi klerikali u professjonali li ghandhom bzonn.

7.7 Il-Kummissjoni temmen bis-shih li ghandu jkun hemm relazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjoni tal-Edukazzjoni Specjali biex hekk iz-zewg nahat jahdmu fl-ahjar interess tal-istudenti b’dizabilita u l-familji taghhom. Ghalhekk il-Kummissjoni thoss li hu punt posittiv li l-Assistent Direttur responsabbli minn dan il-qasam hu membru tal-Ezekuttiv taghha. Biss il-Kummissjoni temmen ukoll li dan mhux bizzejjed primarjamenmt minhabba li fil-laqghat tal-Ezekuttiv jigu diskussi l-oqsma kollha relatati mal-persuni b’dizabilita u l-familji taghhom. Ghaldaqstant, il-Kummissjoni tirrakkomanda li jibdew tahditiet immedjati bejn il-Kummissjoni u t-Taqsima tal-Edukazzjjoni biex jinstabu metodi ohra effettivi kif il-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn iz-zewg nahat jistghu jissahhu.

7.8 Il-Kummissjoni temmen li bhal ma kull skola specjali, anke l-izghar wahda ghandha (u tajjeb li jkollha), surmast responsabbli minnha, s-servizz ta' sapport fl-iskejjel regolari ghandhom ikollhom ufficjal/i edukattivi li jkunúu responsabbli mill-ko-ordinament ta' dawn ir-rizorsi kollha.

8 ‘Ghandu jkun hemm Centru ta' Rizorsi ghal dawk il-persuni kollha involuti fl-edukazzjoni specjali. L-ispecjalizzazzjoni tal-professjonisti li qed jahdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni specjali ghandha tigi utilizzata bl-aktar mod shih’.

8.1 It-Taqsima ghadha ma ghamlet xejn f'dan il-qasam li huwa imporrtanti hafna ghaliex jipprovdi sors ta' informazzjoni u ghodda tanti necessarja ghall-ghalliema. Zgur li dan is-servizz ikun jista' jghin biex l-ghalliema li jahdmu fil-qasam tal-edukazzjoni specjali jkunu jistghu jiffunzjonaw b'mod effettiv.

8.2 Il-Kummissjoni ppruvat timla ftit minn dan il-vojt billi bniet centru zghir ta' rizorsi edukattivi miftuh ghall-edukaturi li jahdmu fl-edukazzjoni specjali. Madwar hmistax il-ghalliem jaghmlu uzu minn dan ic-centru.

8.3 L-ideja adottata ukoll fil-konferenza internazzjonali ta’ Salamanca li l-iskejjel specjali ghandhom jigu utilizati bhala centri ta' rizorsi ghall-ghalliema u professjonisti fl-iskejjel regolari ghadha bl-ebda mod ma qed tigi implimentata. Din l-ideja giet anke adottata fid-dokument Tomorrow's Schools.

 

9 ‘Huwa importanti hafna li l-genituri jinvolvu ruhhom. Ghandna ninkoragguhom biex jaghmlu hekk minghajr ma jaqtghu qalbhom. Ghalhekk meta ssir id-dijanjosi ghadna noffrulhom l-appogg u nghinuhom biex jifhmu x'qed jigri. Eventwalment ghandna nghinuhom biex jaghtu l-kontribut taghhom fid-diskussjonijiet li jsiru, biex iwettqu l-programm edukattiv individwalizzat li jkun tfassal u biex jaraw li qed isir kif suppost’.

9.1 Jidher illi t-Taqsima tal-Edukazzjoni Specjali ghadha ma hadet l-ebda inizjattiva biex issieheb lill-genituri fil-process edukattiv tal-istudenti b'dizabilita. It-Taqsima ghandha bzonn ta' professjonisti biex jahdmu f'dan il-qasam bhal ma huma social workers u psikologisti. L-ghalliema u professjonisti ohra wkoll jridu jigu mharga u nkorraguti biex isegwu din il-politika. It-Taqsima tal-Edukazzjoni Specjali, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’, fi sitt xhur, ghandha tohrog ukoll linji ta' gwida cari lill-ghalliema u professjonisti ohra biex huma jsegwuhom halli din il-politika tigi attwata.

9.2 Hu importanti li jinzamm kuntatt kontinwu bejn l-ghalliema tal-istudenti b'dizabilita u l-genituri taghhom biex ikun hemm konsistenza u informazzjoni bejn dak li jkun qed isir fl-iskola u fid-dar. Wiehed mill-metodi effettivi u efficjenti kif jista' jsir dan hu billi l-ghalliema u l-genituri jinfurmaw lil xulxin bil-miktub b'dak li jkun qed isir.

 

10 ‘Dawk li jkunu involuti fil-grupp ta' nies bi specjalizzazjonijiet differenti ghandhom ikunu mharrga biex jahdmu flimkien bhala grupp, biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni li jkollhom u biex jaslu biex jaccettaw dawn il-fehmiet li fissirna’.

10.1 Il-Kummissjoni thoss li ghad fadal hafna x'isir f'dan il-qasam biex tibda tidhol il-mentalita li permezz taghha grupp ta' professjonisti differenti jahdmu bhala tim. L-istess jista' jinghid biex it-Taqsimiet tal-Edukazzjoni, tas-Sahha u tal-Familji u Assistenza Socjali jahdmu bhala tim.

10.2 Ghalkemm l-introduzzjoni tac-CDAU kien pass fid-direzzjoni t-tajba dan ghadu mhux qed jipprovdi programm edukattiv individwalizzat. Inutili naghmlu assessment jekk dan ma jigix tradott fi program li l-ghalliema, l-genituri u l-professjonisti l-ohra jridu jsegwu. Barra minnhekk ic-CDAU u t-Taqsima ftit li xejn qed joffru sapport lil genituri biex jghinuhom kemm biex jirbhu x-xokk inizjali kif ukoll biex jibdew jikkontribwixxu b'mod attiv fl-edukazzjoni t'uliedhom.

 

11 ‘L-Awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet ta' l-Universita, ghandhom ikomplu juzaw izjed flessibbilta fl-applikazzjoni ta' kwalunkwe regolament biex b'hekk jahsbu ghall-htigijiet specjali ta' l-istudenti b'dizabilita’.

11.1 Ghalkemm l-awtoritajiet edukattivi huma bhala regola flessibbli, din il-flessibbilita hi wahda ad hoc u mhux b'mod li l-persuna b'dizabilita thoss li ghandha dritt ghaliha. L-awtoritajiet tal-Universita tal-MATSEC ma ghandhiex policy cara dwar xi provvedimenti tipprovdi lil studenti b’dizabilita li ser jaghmlu l-ezamijiet taghha u kull kaz hu ttrata ghalih.

 

12 ‘L-istudenti b'dizabilita ghandna ninkoragguhom biex l-edukazzjoni taghhom ikompluha anki sal-livell terzjarju u ghal dan il-ghan ghandhom jinghataw kull facilita biex jaghmlu hekk’.

12.1 L-awtoritajiet edukattivi u l-Univesita' kkontribwixxew b’mod sostanzjali u ghamlu dak kollu li setghu biex studenti b'dizabilita' jkomplu l-edukazzjoni taghhom fil-livell post sekondarju. Biss kemm t-Taqsima tal-Edukazzjoni kif ukoll l-Awtoritajiet Universitarji ma ghandhomx la l-istrutturi, la rizorsi u l-anqas il-personnel mehtieg biex jipprovdu s-servizzi necessarji ghal dan il-ghan.

 

13 ‘L-edukazzjoni vokazzjonali tat-tfal b'dizabilita li twassalhom ghad-dinja tax-xoghol, ghandha tkun parti integrali mill-edukazzjoni generali taghhom u ghandha ssehh bi ftehim ma' kull min hu kkoncernat, inkluzi nies professjonali minn barra l-qasam ta' l-edukazzjoni’.

13.1 Dan hu qasam fejn ghad fadal hafna x'isir. L-istudenti b'dizabilita li qed jattendu l-iskejjel specjali m'huma jircievu prattikament l-ebda edukazzjoni vokazzjonali. Ghalhekk it-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandha immedjatament tahtar ghalliema vokkazzjonali biex jiehdu hsieb l-istudenti b'dizabilita tal-etajiet l-kbar kemm dawk li jattendu skejjel specjali kif ukoll dawk li jattendu skejjel regolari.

13.2 L-istudenti b'dizabilita mhumiex jigu ppreparati biex jiffaccjaw it-transizzjoni ghac-Centri ta' Matul il-Jum. Dan hu dovut primarjament ghal fatt li dawn ic-Centri huma mimlijin u mhumiex jaccettaw persuni godda. Ghalhekk id-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali ghandu immedjatament jiehu dawk il-passi kollha necessarji biex jinfetah Centru gdid halli jilqa' dawn l-istudenti u dawk li qed jistennew. Meta dan isehh dan id-Dipartiment flimkien mat-Taqsima tal-Edukazzjoni ghandhom jahdmu flimkien programm individwali u fi zmien opportun biex kull student jigi trasferit mill-Edukazzjoni Specjali ghac-Centri bl-inqas problemi possibli.

13.3 B’konformi mal-politika nazzjonali L-Impjieg u l-Persuni b’Dizabilita’, c-Centri ta' Matul il-Jum ghandhom jassiguraw li l-edukazzjoni u l-izvilupp tal-persuni b'dizabilita ma tieqafx malli dawn johorgu mill-iskola. Ic-Centri ghandhom ikomplu jahdmu biex jizviluppaw il-potenzjal tal-persuni b'dizabilita sal-massimu possibli.

13.4 Ma jidhirx li hemm liaison bejn l-iskejjel specjali u l-ETC f'dan il-qasam ghalkemm tezisti kooperazzjoni u ghajnuna shiha bejn l-ETC u l-Fondazzjoni Eden biex persuni b'dizabilita' intelletwali jkunu inseriti fid-dinja tax-xoghol.

13.5 L-anqas ma jidher li hemm liaison bejn l-ETC u l-istudenti b'dizabilita li qeghdin fi skejjel regolari. Zgur li din hi deficjenza li trid tigi aggustata malajri ghaliex l-ETC trid tkun preparata biex tipprovdi s-serizz ta' tahrig u placement malli dawn l-istudenti jispiccaw mill-edukazzjoni taghhom u jibdew jiffaccjaw l-istadju l-gdid ta' hajjithom - dik tad-dinja tax-xoghol.

13.6 Il-Kummissjoni tinnota li fid-dokument originali taghha dwar l-Edukazzjoni Specjali, ma hemm l-ebda riferenza diretta ghall-ekukazzjoni sesswali u ghall-hajja tal-familja li ghandha tinghata lill-persuni b’dizabilita. Il-Kummissjoni temmen li dan hu qasam li ghandu jinghata l-importanza li jixraqlu. Il-Kummissjoni ghandha letteratura sostanzjali fuq dan is-suggett fic-Centru ta’ Risorsi taghha.

 

14 ‘Il-provvedimenti ghall-edukazzjoni ta' l-adulti ghandhom jinkludu wkoll arrangamenti ghall-htigijiet specjali tal-persuni b'dizabilita’.

14.1 F'dan il-qasam, fil-waqt li gie registrat success sostanzjali f'inizjattiva indirizzata lejn l-adulti u l-anzjani, ghadu ma sar xejn biex dawn is-servizzi jkunu totalment accessibbli ghall-persuni b'dizabilita. Il-persuni b'dizabilita ftit li xejn jistghu jibbenefikaw minhabba li dawn l-inizjattivi kemm governattivi u ohrajn mhumiex accessibli fizikament (ghall-persuni b’dizabilita fizika) jew minhabba li mhumiex accessibli f'dik li hi komunikazzjoni (ghall-persuni neqsin mis-smigh, ghomja jew b'dizabilita intellettwali).

14.2 L-istudenti b’dizabilita ghandhom ikollhom l-opportunitajiet shiha biex ikunu jistghu jippartecipaw sal-massimu possibli f’attivitajiet extra-kurrikulari.

 

15 ‘Biex din il-politika kollha tigi implimentata, huwa essenzjali li l-facilitajiet edukattivi kollha ghandhom ikunu fizikament accessibbli ghall-persuni b'dizabilita’.

15.1 Ghalkemm sar progress f'dik hi accessibilita fizika f'facilitajiet godda u anke f'xi cirkostanzi ohra skond il-bzonn, it-Taqsima ghad ma ghandha l-ebda pjan biex bil-mod il-mod il-facilitajiet taghhom isiru accessibli ghal kulhadd inkluz persuni b'dizabilita li juzaw siggu tar-roti. Ghalhekk it-Taqsima ghandha tizviluppa pjan, li jkollu l-finanzjament mehtieg, biex fi zmien stipulat il-facilitajiet kollha edukattivi isiru accessibli ghal kulhadd halli eventwalment dawn il-facilitajiet ikunu jistghu jigu wzati minn studenti, genituri u professjonisti b'dizabilita. Ghandha tinghata prijorita lil dawk l-istituzzjonijiet fejn prezentament diga hemm persuni b'dizabilita li qed jircievu xi servizzi.

15.2 Fl-Universita' sar hafna biex din tkun accessibbli ghal kulhadd f'dik li hi ambjent fiziku. Biss ghad hemm postijiet, anke li nbnew ricentament, li mhumiex accessibli ghal kulhadd. Ezempju tipiku u ironiku hu l-bini gdid tal-Fakulta' tal-Arkittettura. Ghalhekk l-Awtorita tal-Universita ghandha taghmel pjan, li jkollu l-finazjament mehtieg biex fi zmien stipulat il-bini kollu tal-Universita jkun accessibli ghal kulhadd.

16 ‘Biex din il-politka kollha tigi implimentata, hija wkoll essenzjali li l-Gvern jipprovdi fondi bizzejjed lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni’.

16.1 Ghalkemm il-Gvern investa flus aktar f'dan il-qasam l-aktar biex jipprovdi "kindergarten assistents/facilitators" lill-studenti b'dizabilita biex jattendu skejjel regolari zgur li ghad hemm bzonn ta' finazjament akbar ghal

a) tahrig tal-ghalliema fil-qasam tal-edukazzjoni specjali

b) reklutagg ta' professjonisti

c) rizorsi edukattivi

d) tahrig vokazzjonali

e) edukazzjoni tal-adulti

f) programm biex facilitajiet edukattivi jkunu fizikament accessibli

g) l-informazzjoni tkun accessibli.


Error processing SSI file