Error processing SSI file

Politka Nazzjonali dwar
L-Edukazzjoni u l-Persuni b'Dizabilita'

English Version


A. IL-QAGHDA BHALISSA


1. Il-Liķi tal-Edukazzjoni (Att XXIV tal-1988) tat id-dritt ta' kull cittadin Malti bla distinzjoni ta' eta`, sess, twemmin jew mezzi ghall-edukazzjoni u taghlim.

2. Il-ķenituri ta' tfal minuri jew li ma jistghux jiddiciedu ghalihom infushom, ghandhom id-dritt li jaghzlu t-tip ta' edukazzjoni li tinghata lil uliedhom.

3. Il-Gvern imbaghah huwa marbut li jipprovdi biex f'pajjizna ikun hawn skejjel u istituzzjonijiet miftuha ghall-Maltin kollha u li jipprovdu ghall-izvillupp tal-persuna inklusa l-hila ta' kull persuna ghax-xoghol.

4. Meta xi persuna ikollha bzonnijiet edukattivi specjali, l-ghazla ta' kif tiehu l-edukazzjoni tkun tmiss lill-ķenituri, izda l-Istat ghandu d-dmir li jipprovdi skejjel specjali ghal dan l-izvillupp.

5. Fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni tezisti Taqsima ta' l-Edukazzjoni Specjali li bhalissa qed tipprovdi dawn is-servizzi li ķejjin:


5.1. Servizz ta' pariri dawn il-provvedimenti specjali li jezistu ghat-tfal li ghandhom xi dizabilita`;

5.2. Servizz fid-dar - dan is-servizz qieghed specjalment ghat-tfal li ghandhom xi dizabilita`, tfal li huma l-hin kollu morda u tfal neqsin mis-smigh;

5.3. Servizz ta' Skejjel Specjali - dawn huma:

5.3.1. L-Iskola Specjali tal-Wardija, ghat-tfal li ghandhom dizabilita` hafifa fil-kapacita` li jitghallmu;

5.3.2. ESN, l-Imsida, ghat-tfal li ghandhom dizabilita` fil-kapacita` li jitghallmu;

5.3.3. L-Iskola Guardian Angel, il-Hamrun, ghat-tfal li ghandhom dizabilita` mentali qawwija fil-kapacita` li jitghallmu u ghal numru zghir ta' tfal li ghandhom dizabilita` hafifa f'din il-kapacita` li jitghallmu;

5.3.4. L-Iskola San Miguel, St. Andrews, ghat-tfal li ghandhom dizabilita` qawwija hafna fil-kapacita` li jitghallmu u li ghandhom ukoll dizabilitajiet fizici serji;

5.3.5. It-Taqsima Ghal Tfal Neqsin mis-Smigh, il-Pieta`, ghat-tfal li huma neqsin mis-smigh u ghat-tfal li huma torox;

5.3.6. L-Iskola Mater Dei, l-Imsida, ghas-subien b'dizabilita` (diffkultajiet) emozzjonali;

5.3.7. It-Taqsima Ghal Dawk Neqsin mill-vista u ghal-tfal li ghandhom nuqqas ta' smigh u vista flimkien - Qrendi.

5.4. Servizz ta' ghajnuna fi skejjel normali. Dan jinvolvi:

5.4.1. Ghalliema peripatetici li huma intenzjonati l-izjed ghat-tfal neqsin mis-smigh jew neqsin mill-vista;

5.4.2. Assistenti tal-Kindergarten li jghinu lill-ghalliema regolari li fil-klassi taghhom ikollhom tfal b'xi dizabilita`.

5.5. Servizz li joffri remedju fit-tielet sena ta' l-iskola Primarja ghal-tfal li fis-suķķetti bazici akkademici bilkemm jafu jiktbu u jaqraw.

5.6. Is-servizz edukattiv fl-Isptar San Luqa. Dan huwa servizz edukattiv ghat-tfal li jdumu l-isptar ghal zmien relattivament twil u fost dawn it-tfal ikun hemm ukoll studenti li ghandhom xi dizabilita`.

5.7. Ghawdex hemm dawn is-servizzi :

5.7.1. Servizz ta' \alliema peripatetici ghal tfal li jkunu fil-klassijiet regolari imma jkunu neqsin mis-smigh;

5.7.2. Šentru zghir fl-iskola primarja tas-Sannat ghal dawk it-tfal li ghandhom xi dizabilita` fizika uzjew xi dizabilita`fil-kapacita` li jitghallmu.



6. Statistikament, is-sitwazzjoni fil-Qasam ta' l-Edukazzjoni Specjali f'Malta nistghu nirraprezentawha permezz ta' tabelli li jidhru fil-paķni tan-nofs.


B. IL-PROGRAMM DINJI GHALL-AZZJONI DWAR IL-PERSUNI B"DIŚABILITA`

Fit-tielet kaptlu tal-programm "Xi proposti ghall-Implimentazzjoni tal-Programm Dinji ghall-azzjoni dwar il-persuni b'dizabilita`", insibu r-raba' taqsima li hija ddedikata ghall-isforz biex issehh l-ugwaljanza fl-opportunitajiet. Il-parti (d) tittratta l-edukazzjoni u t-tahriķ u fiha dawn il-paragrafi li ķejjin:

120. L-Istati huma membri ghandhom jaddottaw dik il-politika li taghraf id-dritt li ghandhom il-persuni b'dizabilita` ghall opportunitajiet daqs l-ohrajn fl-edukazzjoni. Il-persuni b'dizabilita` ghandhom ikunu edukati kemm jista` jkun fl-ambitu tas-sistema ķenerali ta' l-iskejjel. Ir-reponsabbilta` ghall-edukazzjoni taghhom ghandha taqa` fuq l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni, u l-liķijiet dwar l-edukazzjoni obbligatorja ghandhom jinkludu t-tfal b'kull tip ta' dizabilita`, inkluzi dawk li ghandhom dizabilita` qawwija.

121. L-Istati li huma membri ghandhom jippermettu izjed flessibbilta` meta lill-persuni b'dizabilita`japplikawlhom xi regolamenti dwar l-eta` tad-dhul, dwar il-promozzjoni minn klassi ghal ohra, u fejn dan jista` jsir, il-proceduri ta' l-ezamijiet.

122. Ghandhom jitlhqu certi kriterji bazici meta jiķu zviluppati s-servizzi edukattivi ghat-tfal u l-adulti b'dizabilita`. Dawn is-servizzi ghandhom ikunu:a) Individwalizzati, jiķifieri ghandhom ikunu bbazati fuq htiķijiet stabbiliti u li dwarhom ikunu ta' l-istess fehma l-awtoritajiet, l-amministraturi, il-ķenituri u l-istudenti b'dizabilita`; ghandhom iwasslu ghal ghanijiet fil-kurkulum imfissra b'mod car u ghall objettivi ghall-futur qarib li jiķu ezaminati regolarment, u fejn jinhtieķ, mibdula ukoll; b) Accessibbli lokalment, jiķifieri hlief f'cirkostanzi specjali m'ghandhomx ikunu tant 'l boghod mid-dar jew mir-residenza ta' l-istudent li ma jistghux jintlehqu b'mezz raķonevoli ta' vvjaķķar.c) Komprensivi, jiķifieri ghandhom jaqdu l-persuni kollha bi htiķijiet specjali, indipendentement mill-eta` u mis-severita` tad-dizabilita`, b'tali mod li l-ebda tifel jew tifla fl-eta` li fiha suppost jattendu l-iskola ma jkunu mcahhda mill-edukazzjoni, bl-iskuza tad-dizabilitajiet severi li jista` jkollhom; dawn it-tfal lanqas m'ghandhom ikollhom servizz edukattiv ta' kwalita` inferjuri ghal dak li jkollu kwalunkwe student iehor.d) Dawn is-servizzi ghandhom joffru firxa ta' ghazliet kbira daqs il-firxa tal-htiķijiet specjali fil-komunita`.

123. Biex it-tfal b'dizabilita` jiķu integrati fis-sistema ķenerali edukattiva, jehtieķ li l-partijiet kollha koncernati, jaghtu sehemhom fl-ippjanar mehtieķ.

124. Jekk ghal xi raķuni, il-facilitajiet fis-sistema ķenerali ta' l-iskejjel mhux bizzejjed ghal xi tfal b'dizabilita`, allura dawn it-tfal ghandhom jiķu edukati permezz ta' facilitajiet specjali ghat-tul ta' zmien li jkun hemm bzonn. Il-kwalita` ta' din l-iskola specjali ghandha tkun daqs dik tas-sistema ķenerali ta' l-iskejjel u ghandha tkun integrata maghha.

125. Huwa importanti hafna li l-ķenituri jinvolvu ruhhom fil-livelli kolla tal-pocess edukattiv. Ghandha tinghata l-ghajnuna necessarja lill-ķenituri biex lit-tfal b'dizabilita` jiķi pprovdut lilhom ambjent familjari kemm jista` jkun. Ghandu jkun hemm nies imharrķa biex jahdmu mal-ķenituri tat-tfal b'dizabilita`.

126. L-Istati li huma membri ghandhom jipprovdu l-opportunita` biex il-persuni b'dizabilita` jiehdu sehem fil-programmi edukattivi ghall-adulti, specjalment fil-kaz ta' lokalitajiet rurali.

127. Jekk il-facilitajiet li jkollhom il-korsijiet regolari ghall-edukazzjoni ta' l-adulti ma jaqdux tajjeb il-htiķijiet ta' xi persuni b'dizabilita`, allura jkun hemm bzonn xi korsijiet specjali jew xi centri ghat-tahriķ sakemm il-korsijiet regolari jiķu addattati b'mod adegwat. L-istati li huma membri ghandhom joffru l-possibilta` lill-persuni b'dizabilita` biex jiehdu wkoll edukazzjoni universitarja.



Š. IL-POLITIKA TAGHNA GHALL-PROVVEDIMENTI KOLLHA EDUKATTIVI

1. Id-dritt li ghandhom it-tfal kollha ghall-edukazzjoni minkejja l-grad tad-dizabilita`, ghandna niddefenduh ilkoll, u f'pajjizna provdut bil-liķi. Ghandha tkun ir-responsabbilta` specjali tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni li dan jiķi realizzat.

2. It-tfal li m'ghandhom l-ebda dizabilita` ghandhom jinghataw l-opportunita` li jkunu edukati flimkien ma' tfal b'dizabilita`.

3. Kull tifel b'dizabilita` ghandu jkollu dritt ghal edukazzjoni f'ambjent mill-inqas ristrett u li nistghu niddefinuh kif ķej :"sa fejn hu propju possibbli, it-tfal b'dizabilita` ghandhom ikunu edukati flimkien ma' tfal li m'ghandhomx dizabilita`. Il-klassijiet specjali, l-iskejjel separati jew xi forma ohra ta' segregazzjoni li biha t-tfal b'dizabilita` jitnehhew mill-ambjent regolari edukattiv, isir uzu minnhom biss, meta t-tip ta' dizabilita` jew is-severita` taghha tkun tali regolari flimkien ma' l-uzu ta' ghajnuniet u servizzi ohra supplimentari".

4. Ghandu jkun hemm grupp ta' persuni specjalizzati f'oqsma differenti biex iqis tifel jew tifla ghandux / hiex bzonn ta' edukazzjoni specjali. Dan il-grupp ghandu jinkludi lill-ķenituri, u fejn hu possibli lill-istudent / a ukoll. Barra minn hekk dan il-grupp ghandu jfassal ukoll programm edukattiv individwalizzat li jesprimi b'mod car l-ghanijiet tal-kurikulum, u l-objettivi ghall-futur qarib li jinkludu l-provvedimenti ddettaljati li ghandhom jinghataw. Dawn il-programm ghandu jiķi revedut mill-inqas darba fis-sena jew kull meta xi membru tal-grupp jemen li jkun hemm bzonn.

5. L-awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni ghandhom jipprovdu servizzi adegwati ghall-firxa shiha ta' htiķijiet specjali fil-komunita` taghna. Ghalhekk, lill-iskejjel regolari ghandhom jipprovdulhom sevizzi ta' ghajnuna, klassijiet specjali u gruppi ta' nies imharrķa integrati maghhom. U meta fl-applikazzjoni tal-principju ta "l-ambjent l-inqas ristrett" dan ikun indikat, ghandhom jipprovdu wkoll skejjel specjali. Ghandu jitfassal pjan komprensiv bhala l-ewwel pass u ggradat biex fl-iskejjel regolari jiķu organizzati provvedimenti specjali ghall-edukazzjoni ta' dawk it-tfal li bhalissa qed imorru fl-iskejjel specjali.

6. L-ghalliema li qed jahdmu fis-sistema ta' l-iskola normali ghandhom ukoll jiķu mharrķa bil-mod kif integraw it-tfal b'dizabilita`. Il-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni fl-Universita` ta' Malta fil-kurikulum taghha ghandha toffri t-tahriķ mehtieķ f'dan il-qasam.

7. Is-sistemi kollha fl-edukazzjoni specjali ghandhom joffru edukazzjoni mhux biss li l-kwalita` taghha tkun ugwali ghal dik li hemm fis-sistema ķenerali ta' l-iskola imma li tkun infilsata wkoll sewwa maghha. Dawn is-sistemi ghandu jkollhom l-ghodod mehtieķa biex jaghmlu hekk, kemm f'dawk li huma nies specjalizzati kif ukoll f'dak li hu taghmir.

8. Ghandu jkun hemm Šentru ta' Rizorsi ghal dawk il-persuni kollha involuti fl-edukazzjoni specjali. L-ispecjalizzazzjoni tal-pofessjonisti li qed jahdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni specjali ghandha tiķi utilizzata bl-aktar mod shih.

9. Huwa importanti hafna li l-ķenituri jinvolvu ruhhom. Ghandna ninkoraķķuhom biex jaghmlu hekk minghajr ma jaqtghu qalbhom. Ghalhekk meta ssir id-dijanjosi ghandna noffrulhom l-appoķķ u nghinuhom biex jihmu x'qed jiķri. Eventwalment ghandna nghinuhom biex jghatu kontribut taghhom fid-diskussjonijiet li jsiru, biex iwettqu l-programm edukattiv individwalizzat li jkun tfassal u biex jaraw li qed isir kif suppost.

10. Dawk li jkunu involuti fil-grupp ta' nies bi specjalizzazzjonijiet differenti ghandhom ikunu mharrķa biex jahdmu flimkien bhala grupp, biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni li jkollhom u biex jaslu biex jaccettaw dawn il-fehmiet li fissirna.

11. L-Awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll l-Awtoritajiet ta' l-Universita`, ghandhom ikomplu juzaw izjed flessibbilta` fl-applikazzjoni ta' kwalunkwe regolament biex b'hekk jahsbu ghall-htiķijiet specjali ta' l-istudenti b'dizabilita`.

12. L-istudenti b'dizabilita` ghandna ninkoraķķuhom biex l-edukazzjoni taghhom ikompluha anki sal-livell terzjarju u ghal dan il-ghan ghandhom jinghataw kull facilita` biex jaghmlu hekk.

13. L-edukazzjoni vokazzjonali tat-tfal b'dizabilita` li twassalhom ghad-dinja tax-xoghol, ghandha tkun parti integrali mill-edukazzjoni ķenerali taghhom u ghandha ssehh bi ftehim ma' kull min hu kkoncernat, inkluzi nies professjoanli min barra l-qasam ta' l-edukazzjoni.

14. Il-provvedimenti ghall-edukazzjoni ta' l-adulti ghandhom jinkludu wkoll arranķamenti ghall-htiķijiet specjali tal-persuni b'dizabilita`.

15. Biex din il-politika kollha tiķi implimentata, huwa essenzjali li l-facilitajiet edukattivi kollha ghandhom ikunu fizikament accessibbli ghall-persuni b'dizabilita`.

16. Biex din il-politika kollha tiķi implimentata, hija ukoll essenzjali li l-Gvern jipprovdi fondi bizzejjed lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Error processing SSI file