Parlament għal Kulħadd 2017

10April

Parlament għal Kulħadd 2017

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) se torganizza sessjoni parlamentari ġewwa l-bini tal-Parlament nhar it-Tlieta 16 ta’ Mejju 2017 bejn l-3.45pm u s-6.00pm.
 
Aktar ‘il quddiem se nkunu qed intellgħu il-programm finalizzat.
Waqt din is-sessjoni parlamentari, is-CRPD tixtieq tagħti l-opportunità lil organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità kif ukoll persuni b’diżabilità nfushom biex jagħmlu l-interventi tagħhom.
Għaldaqstant jekk tixtieq tagħmel intervent qasir ta’ mhux iżjed minn 5 minuti, jekk jogħġbok imla l-formula hawn
u ibgħathielna lura sat-28 t’April 2017. In-numru ta’ interventi li jistgħu jsiru huwa limitat.
Jekk inti tixtieq tattendi, jekk jogħġbok imla d-dettalji tiegħek fil-link hawn; https://goo.gl/forms/v7xh9baqdIhD6ja72 jew f’każ ta’ diffikulta niżżel il-formula hawn.
Ninfurmak li r-reġistrazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa 5 ta’ Mejju 2017, filwaqt li l-postijiet huma limitati.
Napprezza ħafna jekk tista’ taqsam din l-informazzjoni ma persuni oħra li tista’ tinteressahom.
Jekk issib xi diffikultà, tista’ tikkuntattja lis-sinj. Lorraine Pleven jew lis-sur Michael Debattista bit-telefown fuq in-numru 22788555.
 
Posted by CRPD  Posted on 10 Apr 
  • Post Comments 0