Servizzi

Is-CRPD tipprovdi għadd ta ‘servizzi għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Aqra iktar dwar dawn is-servizzi billi tikklikkja waħda mill-għażliet t’hawn taħt.

CRPD Services Full Application form

Għal formola sħiħa fil-verżjoni tal-Malti niżżel hawn

Għal formola sħiħa fil-verżjoni Ingliża tniżżel here

Ktejjeb ta 'Servizzi u Benefiċċji

Il-Ktejjeb dwar is-Servizzi u l-Benefiċċji fih informazzjoni dwar is-servizzi u l-benefiċċji kollha disponibbli għal persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom f’Malta.

Is-servizzi msemmija f’dan il-ktejjeb mhumiex biss dawk offruti mis-CRPD iżda wkoll dawk offruti minn, iżda mhux limitati għal, istituzzjonijiet tas-saħħa u edukazzjoni, l-Awtorità tad-Djar, organizzazzjonijiet tal-ħin liberu u spiritwali u NGOs.

L-informazzjoni provduta f’dan il-ktejjeb hija korretta u eżatta sad-data tal-pubblikazzjoni (2009).

Niżżel il-ktejjeb bil-Malti minn hawnhekk.

Jekk għandek diżabilità u taħseb li tikkwalifika għal kwalunkwe mis-servizzi msemmija f’dan il-ktejjeb, għandek tikkuntattja jew is-CRPD jew l-organizzazzjoni u l-fornitur tas-servizz rilevanti sabiex tkun żgurata l-eliġibbiltà tiegħek u tikseb proċeduri ta ‘applikazzjoni aġġornati.