COVID-19

The Impact of Covid-19 on Persons with Disability

 

Report (PDF)

 

COVID-19 – Disability Task Force

 

F’April 2020 twaqqfet Disability Task Force biex tissorvelja l-impatt tal-pandemija COVID-19 fuq is-settur tad-diżabilità. It-Task Force hija magħmula minn individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet differenti li huma involuti direttament fis-settur tad-diżabilità biex jiġi żgurat approċċ ħolistiku. Barra minn hekk, it-Task Force hija magħmula minn sottokumitati differenti skont il-qasam ta’ kompetenza tal-membri parteċipanti.

Disability Task Force – COVID-19 (DOCX)

 

Riżorsi għal persuni b’nuqqas ta’ vista dwar l-ilbies ta’ maskri u visors

 

Aħna fis-CRPD inħeġġu lil persuni b’diżabilità kollha jobdu r-regolamenti dwar l-ilbies protettiv tal-wiċċ meta joħorġu barra. Li wieħed iżomm sigur huwa essenzjali, mhux biss għal dawk li jilbsu l-maskra/visor iżda wkoll għal persuni ta’ madwarhom. Dawn id-domandi u tweġibiet qosra tħejjew għal persuni b’nuqqas ta’ vista, partikolarment għal dawk li għal xi raġuni valida jesperjenzaw diffikultajiet sabiex jilbsu maskra jew visor.

2020.08.24 – Some advice to persons with visual impairment on face coverings (MT)

Aħna fis-CRPD inħeġġu lill-persuni b’diżabilità kollha sabiex isegwu r-regolamenti dwar l-ilbies ta’ maskri u visors, u dan jgħodd ukoll għall-persuni li jkunu madwarhom. Fl-istess waqt, wieħed irid jagħraf li hemm persuni b’diżabilità li jsibuha diffiċli jew impossibbli jilbsu lbies protettiv tal-wiċċgħal raġunijiet validi. Għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ, l-użu ta’ dan l-ilbies protettiv itellifhom fil-komunikazzjoni man-nies ta’ madwarhom.

DOMANDI U RISPOSTI GĦAL PERSUNI B’NUQQAS TA’ SMIGĦ DWAR PRATTIĊI TAJBIN MATUL IL-PANDEMIJA COVID-19

Riżorsi għal persuni b’diżabilità intellettwali dwar l-ilbies ta’ maskri u visors

 

L-isfidi tal-COVID-19 għall-persuni b’diżabilità

 

Numru ta’ persuni b’diżabilità jitkellmu dwar l-isfidi tal-COVID-19 u jaqsmu xi experjenzi dwar kif din il-pandemija bidlitilhom il-ħajja u t-rutina tagħhom ta’ kuljum.

Antonio Flores

Michael Debattista

Isabel Bonello

Marchita Mangiafico

Shana Woods

Harry and the Covid 19 crisis

 

X’inhu l-Coronavirus?

 

Informazzjoni dwar il-Coronavirus – verżjoni faċli biex taqra

Informazzjoni dwar il-Coronavirus – verżjoni faċli biex taqra għaż-żgħażagħ